Fejn issib massa ta nies, difficli li issib lili. Dik is-rassa kulhadd jaghfas fuq xulxin ma nistax ghaliha. Il-mara tghid li jien anti-socjali. Jien nghidilha li jien minhiex kontra is-socjeta (ghall-anqas mhux dejjem), sempliciment massa ta nies f’post wiehed iddejjaqni.
Ghadni ma fhimtx meta l-individwi isiru merhla. Persuna wahdu huwa individwu, anki tnejn u anki tlieta, izda fejn ikollok numru kbir ta nies l-individwalita tispicca. Meta tara massa ta nies mill-boghod kull sembjanza umana qisa tisparixxi. L-ezempju car huwa fl-isport jew f’xi mass meeting. Mhux ghax qatt ma attendejt f’xi wiehed minnhom. Zmieni inxejjer il-bandieri ghamiltu. Izda dak ghadda, kullhadd ifieq fl-ahhar.
Biss illum, ma nafx kif, sibt ruhi nghid iva biex immur is-suq ta Marsaxlokk. Kont ili snin ma mmur. Bejn ghax il-Hadd filghodu, bejn ghax mhux daqshekk vicin, bejn ghax xoppink idejjaqni, l-ahhar li mort nahseb ilu ghaxar snin. Nies kien hemm, u bil-bosta, izda kollha rajthom individwi, igorru l-istorja taghhom maghhom f’dik ix-xemx tizreg ta gurnata kwazi sajfija. Nies kbar, zghar, qosra, twal, hoxnin, irqaq, sbieh u koroh. Kien hemm Ewropej, Mediterraneji, Afrikani, Nord-Amerikani, Sud-Amerikani u Asjatici. F’dan ir-rahal ckejken, fuq blata f’nofs il-mediterran stajt issib xempju ta kull razza. Min jixtri u min ibiegh.
Koz, il-Malti kif inhu. Fejn hemm cans li jaqla lira razzismu ma jezistix.....