Pages

Tuesday, July 05, 2005

Progetti

Kienet gimgha ta decizjonijiet. Fost-il hafna irrelevanti, hadt tnejn li ha jzommuni okkupat sew dawn ix-xhur li gejjin.

  1. fil-hdax ta Novembru ser niftah it-tieni ezebizzjoni tieghi. Ghalkemm forsi ghadu kmieni biex nibda indoqq it-trumbetti, il-post diga ibbukjat. Ser nghamilha f’del Borgo Wine Bar, Birgu.
  2. ha nibda progett daqsxejn ambizzjuz.....irrid naghmel dizzjunarju ta kliem tekniku, bl-ingliz u mhux, li jintuza fl-industrija. Kollezzjoni ta kliem imbiccer u mfarrak li sab ruhu intuzat u abbuzat mill-haddiema Maltin. Ezempji:
    Tabella tal-kawxun – caution sign
    Paccwikk – Patch work
    Spakxin – inspection box

Hafna forsi jahsbu li din xi cajta. Hafna kliem li illum jintuzaw regolari fil-lingwa maltija ghandhom origini simili, bhal accjomu, cigcifogu, gakbin etc. Kull min jahseb li jista jghin, merhba bih.

3 comments:

Antoine Cassar said...

Hawn Bertu,

Jinteressani hafna din tad-dizzjunarju tekniku. Meta jkollok cans, iktibli u ghidli naqra kif behsiebek taghmlu... ghandi programm jismu Multiterm li jippermettilek tibni glossarji b'mod facli hafna.

Sahha,

Antoine.

Unknown said...

Twan,

Kieku kelli nilghab il-flus kont nerbah kemxa bik…….kont naf li se tirrispondi. Jien f’xogholi niltaqgha ma hafna haddiema tas-sena u ghalhekk kontinwament nisma dawn il-perli tal-lingwa li hafna minnhom saru ‘standard’ fil-konversazzjonijiet fuq ix-xoghol. Lingwista minhiex. Minn fejn ser nibda ma nafx, hlief li bdejt inzomm lista. Forsi il-quddiem nohloq xi web site fejn in-nies jistghu ihallu l-verzjonijiet taghhom ukoll. Ghalissa kull ma qieghed naghmel hu li nxerred il-kelma. Jekk tista tghin napprezza

Anonymous said...
This comment has been removed by a blog administrator.