Dak li l-lejl semgħani ngħid dan l-aħħar ftit ġranet kien dejjem l-istess...'qallec kemm sar ħin!' Il-kotba ta Pierre Mejlak għandhom effett ikrah fuqi, la darba naqbad ktieb, difficli nitilqu minn idi.
L-aħħar ġabra ta stejjer qosra ta Pierre, 'Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid' huma verzjoni agħar ta dan. Din il-ġabra, li nhoss li hi l-aħjar mill-kitbiet ta Pierre sa issa, laqtitni fil-laħam il-ħaj. Wisq stejjer laqtuli xi korda jew oħra mill-memorji ta' ħajti. Kien hemm mumenti fejn ħlift li kien qed jinkini. U kelli nieqaf u l-paragrafu kelli naqrah mill-ġdid, ha nara jekk qbiztx ismi x'imkien.
Jekk tħobb taqra bil-Malti, mela probabbli diġa qrajtu. Jekk ma tħobbx, aqrah xorta, ma jiddispjacikx.
No comments:
Post a Comment