Thursday, July 07, 2005

Il-Parrukkier

Ftit tal-granet ilu kelli diskussjoni frivola ma hbieb tieghi fuq id-differenza bejn arti u sena. Jien tal-fehma li dak kollu li ghandu x’jaqsam ma disinn ghal skop, hu sena u mhux arti. Ha nispjega ruhi. Jekk tiddisinja bicca ghamara, dik sena. Il-process tad-disinn jinkludi ukoll idea cara ta kif il-prodott irid isir, u ghalhekk nikkunsidrha sena. Arti, hi dik li l-iskop mhux kreazzjoni ta prodott izda ta sensazzjoni. Pittura hi arti mhux ghax hi pittura izda minhabba is-sensazzjoni li tnissel fik. Ghalkemm hafna drabi hu difficli li taqta linja, nemmen li hu importanti li din id-distinzjoni issir. Meta disinn jigi ikkunsidrat bhala arti, ir-rizultat dejjem ikun wiehed fjakk. Meta zarbun ikun sabih biss skomdu mhux disinn tajjeb, meta bus shelter tkun sabiha izda ma tipprotegik minn xejn, mhi shelter xejn etc. Ninharaq meta nara disinjaturi li jippruvaw jaghtu l-impressjoni li xogholhom hu arti minnflok jirreferu ghal xogholhom bhala sena. L-aqwa disinjaturi fl-istorja tal-bniedem ma kienux Dolce e Gabbana jew Valentino, izda dawk li holqu il-furketta, is-sikkina, il-buttuna, iz-zipp, etc u miljunelf haga ohra li nuzaw kuljum. Nies li hadd ma jaf min huma. Ninharaq ukoll meta niftakar li f’dan il-pajjiz ghalaqna l-iskejjel tas-snajja minflok investejna fihom.......biss dan argument iehor.

L-akbar ezempju ta nies tas-sena li jisthu jghidu li huma tali huma il-parukkiera. Niftakar meta kont ghadni tfal kont immur ma nannuwi kull filghodu ghand il-parrukier. Kien iqaxxarlu il-lehja, jaqtaghlu xaghru, iberfirlu is-suf ta ghajnejh, widnejh u imniehru. Meta jlesti, thallilu xi haga tal-flus u barra bid-daqq. Dak kien bniedem kburi li hu parukkier. Illum tmur ghand Hair Dresser jew Hair stylist jew Hair Designer etc. u hadd minnhom ma jqis ruhu parukkier. X’hemm hazin li tikkonsidra lilek innifsek parukkier u twahhal tabella mal-bieb li tghid Toni u Gajju – Parukkiera. Nahseb nista nehodha kontra il-parukkiera ghax ma ghadx fadalli wisq xaghar, u ghalhekk Hair Dresser m' ghadnix nuza.

4 comments:

Anonymous said...

"sengħa" dik ras

Bertu ta l-Angli said...

inbaxxi rasi u niskuza ruhi

Anonymous said...

Enjoyed a lot! » » »

Anonymous said...

Best regards from NY! »