Pages

Monday, June 13, 2005

Viva r-Razza??!!!?


Wara li qrajt sensiela ta bloggs fuq kwistjonijiet razzjali, fuq l-emigranti minghajr timbru, fuq lowell u fuq balla Kazzati ohra, qrajt zewg bloggs, wiehed ta gybexi u l-iehor ta Sandro Zerafa li ispirawni.

Din il-kwistjoni ta razza pura iddejjaqli ftit il-bubu. U nghid ghalfejn. Familti tahlita shiha ta razez u kuluri. Mela ejja nibdew. Jien twelidt Malta, u anki l-genituri tieghi, biss ommijiethom u missierijiethom storja ohra. Missier ommi Skocciz, omm ommi ghandha nannuha Spanjol, omm missieri Taljana imwielda Tunez u missier missieri, Malti, biss emigra Tunez ta sentejn. Ghal skerz tad-destin kulhadd spicca fuq din il-bicca blata f’nofs il-Mediterran. Il-klassi tal-familja tvarja minn nobbli li harab mill-Italja biex jghix hajja ta sinjur f’Tunez, bahhri Skocciz li halla z-zerriegha warajh Malta, illitterat Malti f’Tunez li spicca kellu jigi Malta wara li xeba’ ipappiha u sar mastrudaxxa (wiehed tas-sena ukoll) u Maltija dixxendenti ta Spanjol li kienet thossha Ingliza aktar mir-Regina.

Ghad ghandi familjari jghixu Tunez, Franza, l-Amerka, l-Italja, l-Ingilterra, Skozja u ovvjament Malta. Biex taxxaqha, il-mara tieghi Maltija tal-Kanada. E, ghandi s-suspett li jien gejt konceput il-Germanja.

F’kull generazzjoni tal-familja tieghi li nistghu niftakru, dejjem issib lil xi immigrant sejjer jew gej lejn naha jew ohra tad-dinja. Dejjem kulhadd ghamel minn kollox biex itejjeb il-livell tal-ghixien tieghu ta familtu, hafna drabi billi jemigraw fejn hemm il-gid.

Ghalhekk, min jigi jitkellem mieghi fuq razza u il-biza li ir-razez jithalltu ikun sab il-persuna zbaljata. Min jahseb li ghax gejjin xi nord Afrikani bla timbru, ir-razza pura taghna tithallat ma jafx x’inhu jghid. Ahna il-Maltin, jekk jien nista nikwalifika tali, kollha bawla jew ta xi kavallier, jew ta xi suldat, jew ta xi bahri u jekk le, dixxendenti diretti ta dawk it-Tunezini li kienu invadew Sqallija xi elf sena ilu.

U Viva r-razza pura!

5 comments:

gybexi said...

mela varjat u mhallat qishek gelat tal-Ben & Jerry's siehbi! :)

prosit

Unknown said...

ma fhimtx ghalfejn prosit imma grazzi

Anonymous said...

Dik il-kontradizzjoni ta' dal-post - pajjiz ta' vera ma jistax ikun ghax identita nazzjonali ma tezistix (u minkejja kull ma jinghad, il-kuncett ta' "melting pot" u cucati simili ma jwassalux ghal identita), u taht pajjiz iehor dejjem jibqa mahkum minn poplu differenti. Is-soluzzjoni? Heqq, kont se nghid li ghandna neradikaw ir-razza Maltija, imma mpossibli, ghax razza mhijiex.

Anonymous said...

www.2jump2.com/x.php?a3 I Know what I Like, and I like it, Have a Laugh on me

Anonymous said...

www.2jump2.com/x.php?a3 I Know what I Like, and I like it, Have a Laugh on me